Search EN menu en EIB GROUP CLIENT PORTAL
Search
Results
Top 5 search results See all results Advanced search
Top searches
Most visited pages

Aħna appoġġajna lil Malta b’investimenti ewlenin, qabel kollox l-espansjoni tal-port kummerċjali tal-Port il-Kbir tal-Belt Valletta. Matul is-snin, aħna ffinanzjajna setturi kruċjali, inkluż l-aċċess għall-finanzjament għan-negozji żgħar, ir-riġenerazzjoni urbana, l-azzjoni dwar il-klima, it-telekomunikazzjonijiet, u l-kostruzzjoni ta’ djar affordabbli li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

Appoġġajna wkoll proġetti emblematiċi bħall-bini tal-Parlament u t-teatru miftuħ f’Bieb il-Belt.

Ħarsa ħafifa

Il-BEI jipprovdi finanzjament u kompetenza esperta għal proġetti ta’ investiment sodi u sostenibbli f’Malta.

L-attivitajiet tas-sena li għaddiet tal-Grupp tal-BEI f’Malta skont il-prijorità

(F’€ miljuni, aġġornata l-aħħar fit-tmiem tas-sena preċedenti)

L-attivitajiet tal-BEI f’Malta skont is-settur mill-bidu tal-attivitajiet

Stejjer tal-BEI f’Malta

Stejjer individwali juru l-fatti aħjar minn figuri u ċarts. Skopri kif il-ħidma tagħna ttejjeb il-kwalità tal-ħajja f'Malta u lil hinn minnha.

Ikseb appoġġ tal-BEI f’Malta

Aħna nappoġġaw proġetti li jaċċeleraw it-tranżizzjoni ekoloġika, jagħtu spinta lill- innovazzjoni teknoloġika, isaħħu s-sigurtà u d-difiża, jappoġġaw il-koeżjoni reġjonali u l-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali. L-impenn tagħna għall-iżvilupp internazzjonali u l-integrazzjoni tas-swieq kapitali jissalvagwardja l-preżenza globali qawwija tal-Ewropa. Il-prijoritajiet tagħna jagħtu spinta lit-tkabbir, il-prosperità, il-progress teknoloġiku u soċjali fl-istati membri individwali, mal-UE kollha u madwar id-dinja.

Proġetti żgħar

Għal proġetti aktar żgħar
(ġeneralment inqas minn EUR 25m)

Proġetti kbar

Għal proġetti kbar
(li jaqbżu EUR 25m)

Servizzi ta' konsulenza

Ikseb bosta tipi ta’ servizzi ta’ konsulenza u assistenza teknika

L-istħarriġ ekonomiku tal-BEI dwar l-investimenti f’Malta

Ikkuntattjana

Awtorità lokali jew organizzazzjoni korporattiva kbira

Ikkuntattja lit-tim tagħna

Midja

Ikkuntattja lill-uffiċjal għall-istampa tagħna

Uffiċċju għall-Istampa:
Tel.  +352 43791
press@eib.org
www.eib.org/press

Mistoqsijiet ġenerali

Ikkuntattja lill-Information Desk għal mistoqsijiet rigward il-faċilitajiet tal-finanzjament, l-attività, l-organizzazzjoni u l-objettivi tal-BEI

Ikkuntattjana
Tel.  +352 4379-22000
Mistoqsijiet Komuni