Dr Hoyer mexxa espansjoni u trasformazzjoni sinifikanti tal-Bank. Wieħed mis-suċċessi l-aktar notevoli matul il-kariga tiegħu kien il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, inizjattiva importanti biex jitrawmu l-ħolqien ta’ impjiegi u t-tkabbir ekonomiku fl-UE.
Taħt it-tmexxija ta’ Dr Hoyer, il-BEI kkonsolida l-pożizzjoni tiegħu bħala l-fornitur multilaterali ewlieni ta’ finanzjament għall-klima madwar id-dinja. Fl-2019, il-BEI stabbilixxa preċedent dinji fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima billi ħabbar li se jtemm il-finanzjament għal proġetti ta’ enerġija bil-karburanti fossili sa tmiem l-2021 u se jappoġġa EUR 1 triljun ta’ investiment fl-azzjoni dwar il-klima u investiment sostenibbli għall-ambjent fid-deċennju sal-2030.