Description
Kull sena, il-Grupp tal-BEI jiffinanzja mijiet ta’ proġetti ġodda – mill-enerġija nadifa, id-diġitalizzazzjoni, u s-sigurtà u d-difiża għall-akkomodazzjoni sostenibbli, l-agrikoltura, u ilma nadif. Dan l-appoġġ jagħti spinta lil reġjuni inqas żviluppati, irawwem l-innovazzjoni u jibgħat messaġġ ta’ stabbiltà madwar id-dinja. Il-Grupp tal-BEI huwa simbolu tas-suċċess tal-Ewropa.