Għal skopijiet ta’ trasparenza, l-ilmenti huma meqjusa bħala mhux kunfidenzjali. Trattament mhux kunfidenzjali jfisser li l-Grupp tal-BEI għandu permess jiżvela l-informazzjoni kkomunikata fi kwalunkwe rappreżentazzjoni lill-partijiet rilevanti interni u esterni biex jieħdu ħsieb l-ilment. Madankollu, l-ilmentaturi għandhom id-dritt li jindikaw fil-komunikazzjoni tagħhom li l-ilment tagħhom għandu jiġi ttrattat b’mod kunfidenzjali. L-ilmentaturi huma mistiedna jindikaw b’mod speċifiku li jixtiequ li l-ilment tagħhom jibqa’ kunfidenzjali.
L ilmenti jista’ jkun fihom informazzjoni personali dwar l ilmentatur, jew terza persuna. L ipproċessar ta' informazzjoni personali mill BEI huwa rregolat mir Regolament (KE) Nru 45/2001. Fil każ ta' ilmentaturi li jkunu rrinunzjaw id dritt tal kunfidenzjalità, huwa mifhum li huma jagħtu l kunsens tagħhom għall finijiet tal Artikolu 5 (d) tar Regolament (KE) Nru 45/2001 lill BEI biex jittratta b’mod pubbliku kwalunkwe informazzjoni personali li tista’ tkun tinsab fl ilment.
Aċċess għal informazzjoni dwar xi dokument relatat mal ilment huwa soġġett għad dispożizzjonijiet tal Politika tal BEI ta’ Żvelar Pubbliku.