Search En menu en ClientConnect
Search
Results
Top 5 search results See all results Advanced search
Top searches
Most visited pages

Sa minn meta ġie stabbilit fl-1958, il-Bank tal-UE investa aktar minn triljun euro. Filwaqt li l-azzjoni dwar il-klima hija parti minn dak kollu li nagħmlu, l-attivitajiet tagħna jiffokaw fuq it-tmien prijoritajiet strateġiċi ewlenin li ġejjin:

  • l-azzjoni dwar il-klima,
  • id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni teknoloġika,
  • is-sigurtà u d-difiża,
  • politika ta’ koeżjoni moderna,
  • l-agrikoltura u l-bijoekonomija,
  • l-infrastruttura soċjali,
  • l-investiment globali b’impatt għoli, u
  • l-unjoni tas-swieq kapitali.

Il-BEI jaħdem mill-qrib ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE biex irawwem l-integrazzjoni Ewropea, jippromwovi l-iżvilupp tal-UE u jappoġġja l-politiki tal-UE f’aktar minn 160 pajjiż mad-dinja kollha.

Permezz ta’ BEI Globali, imwaqqfa fl-2022 biex jiżdied l-impatt tal-finanzjament tagħna għall-iżvilupp, aħna ngħinu nindirizzaw sfidi globali u noħolqu tkabbir u opportunitajiet fil-kontinenti kollha.

Fatti veloċi

Kwartieri ġenerali u storja

Imwaqqaf fi Brussell fl-1958, il-BEI tmexxa fil-Lussemburgu fl-1968. Esplora l-istorja tagħna u sir af aktar dwar il-binjiet tagħna.

Fatti u ċifri

Il-Grupp tal-BEI għandu fokus qawwi fuq l-impatt. Sib valutazzjoni tal-kontribuzzjoni makroekonomika tal-attivitajiet tiegħu fl-Ewropa u ċifri statutorji ewlenin

Xogħolna

Aħna l-akbar istituzzjoni finanzjarja multilaterali fid-dinja u wieħed mill-akbar fornituri ta’ finanzjament għall-klima. Aħna nappoġġaw proġetti li jippromwovu l-objettivi tal-UE. Skopri aktar

Il-Fond Ewropew tal-Investiment

Il-FEI, li huwa parti mill-Grupp tal-BEI, jappoġġja l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju tal-Ewropa billi jipprovdi kapital ta’ ekwità, self, u garanziji permezz ta’ network wiesa’ ta’ intermedjarji finanzjarji magħżula. Aktar tagħrif

In-nies tagħna

Il-BEI issa għandu aktar minn 4 000 membru tal-persunal, kemm fil-Lussemburgu u f’uffiċċji esterni. Sir af aktar dwar kif tista’ taħdem magħna

Fejn naħdmu

Naħdmu f’aktar minn 160 pajjiż, fl-UE u lil hinn minnha. Esplora l-proġetti tagħna

Il-proġetti tagħna

Aħna ngħinu niffinanzjaw proġetti ta’ investiment fuq skala kbira u żgħira li jappoġġaw l-objettivi tal-politika tal-UE. Skopri il-proġetti tagħna mal-Ewropa kollha u madwar id-dinja

Nimmaniġġjaw l-isfidi globali

Nemmnu li l-ħtieġa għal azzjoni multilaterali u appoġġ effettiv tal-iżvilupp u t-tkabbir barra mill-Ewropa qatt ma kienet akbar. Sir af kif il-BEI u l-imsieħba tiegħu jaħdmu flimkien

L-iffinanzjar tal-BEI

Is-sehem ta’ kull Stat Membru fil-kapital tal-Bank huwa bbażat fuq il-piż ekonomiku tiegħu fi ħdan l-UE fil-mument tal-adeżjoni tiegħu. Ara tqassim tal-kapital tal-BEI

Ir-riżorsi tagħna

Il-BEI huwa finanzjarjament awtonomu u jiġbor il-flus billi joħroġ bonds fuq is-swieq kapitali. Il-klassifikazzjoni ta’ kreditu eċċellenti tagħna tfisser li niġbru l-flus b’rati tajbin. Sir af aktar dwar ir-riżorsi tagħna u bonds ekoloġiċi

Il-klijenti tagħna

Aħna nsellfu lis-setturi pubbliċi u privatiNappoġġjaw kumpaniji żgħar permezz ta’ banek lokali filwaqt li mid-caps jistgħu jirċievu appoġġ dirett għal investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp. Esplora l-prodotti u s-servizzi tal-Bank

Ħarsa lejn il-BEI

Bħala waħda mill-akbar istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali fid-dinja, il-BEI jgħin lill-ekonomiji jiffjorixxu, joħloq l-impjiegi u jippromwovi l-ugwaljanza. Sa mill-1958, il-BEI pprovda self u konsulenza esperta għal eluf ta’ proġetti f’aktar minn 160 pajjiż.