Recherche FR menu Portail client du Groupe BEI
Recherche
Résultats
5 premiers résultats de la recherche Voir tous les résultats Recherche avancée
Recherches les plus fréquentes
Pages les plus visitées
Sonia HIDALGO BODEGA

Viċi Direttriċi Ġenerali

  • 98-100, boulevard Konrad Adenauer
  • L-2950 Luxembourg
  • Luxembourg

Curriculum Vitae

Din is-CV hija bbażata fuq informazzjoni mogħtija lill-BEI mill-persuna kkonċernata.

Sonia Hidalgo Bodega nħatret Viċi Direttriċi Ġenerali tad-Direttorat tal-Kap Kontrollur Finanzjarju (CFC) mill-1 ta’ Mejju 2025.

Flimkien mar-rwol il-ġdid tagħha, hija tkompli tmexxi d-Dipartiment tal-Propjetà Immobiljari Korporattiva (CRE) fi ħdan is-CFC, pożizzjoni li ilha żżomm sa minn Jannar 2019. Bħala Direttriċi tal-Propjetà Immobiljari Korporattiva u flimkien mat-tim tas-CRE, Sonia qiegħda tavvanza u timplimenta l-istrateġija tal-Propjetà Immobiljari tal-Grupp tal-BEI u l-Programm dwar il-Klima Organizzattiva, li rriżultaw fl-aqwa ambjent tax-xogħol (servizzi għall-propjetà Immobiljari, il-post tax-xogħol u l-faċilitajiet) iffukat fuq tliet pilastri ewlenin: in-nies, il-pjaneta u l-prestazzjoni.

Sonia ngħaqdet mal-Grupp tal-BEI f’Marzu 2009 bħala Kap tat-Taqsima tal-Appoġġ Tekniku u l-Arkitettura fi ħdan id-Dipartiment tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT). F’Jannar 2014, inħatret bħala Kap tat-Taqsima tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tal-IT, li jwassal funzjonijiet trasversali neċessarji għall-immaniġġjar tal-istrateġija ġenerali tal-IT, l-arkitettura u l-portafoll tal-programmi. F’Novembru 2016, Sonia nħatret bħala Direttriċi tad-Dipartiment tas-Servizzi Trasversali tal-IT, li jiġbor l-infrastruttura tal-IT, is-sistemi ta’ integrazzjoni u l-funzjonijiet trasversali sa Jannar 2019, meta marret fi ħdan il-Propjetà Immobiljari Korporattiva.

Qabel iż-żmien tagħha fi ħdan il-Grupp tal-BEI, Sonia kellha rwoli tekniċi u maniġerjali ma’ bosta ditti industrijali famużi bħal T-Mobile, Orange, Deutsche Bank, Nike u Philips, fejn mexxiet timijiet, immaniġġjat is-servizzi u avvanzat l-innovazzjoni fl-ispettru sħiħ tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

Sonia għandha lawrja ta’ Baċċellerat fix-Xjenzi tal-Kompjuter mill-Università ta’ Alcalá de Henares u lawrja postgradwatorja ta' Master fil-Ġestjoni tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni mill-Università ta’ Delft.