Recherche FR menu Portail client du Groupe BEI
Recherche
Résultats
5 premiers résultats de la recherche Voir tous les résultats Recherche avancée
Recherches les plus fréquentes
Pages les plus visitées
Jean-Christophe LALOUX

Direttur Ġenerali; Kap tal-Attivitajiet

  • 98-100, boulevard Konrad Adenauer
  • L-2950 Luxembourg
  • Luxembourg

Curriculum Vitae

Din is-CV hija bbażata fuq informazzjoni mogħtija lill-BEI mill-persuna kkonċernata.

Jean-Christophe Laloux huwa Direttur Ġenerali – Kap tal-Attivitajiet tat-Tislif u ta’ Konsulenza tal-UE fi ħdan il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), l-istituzzjoni ta’ finanzjament fit-tul tal-Unjoni Ewropea.

Matul il-kariga tiegħu tul 10 snin bħala kap fl-ewwel linja tal-BEI, it-timijiet tiegħu wasslu aktar minn nofs triljun euro f’operazzjonijiet ta’ tislif ġodda. Huwa kien strumentali biex jittrasforma l-mudell għat-twettiq tan-negozju tal-Bank. Taħt it-tmexxija tiegħu u bi sħubija mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew taI-Investiment (BEI) żviluppa bosta strumenti ta’ finanzjament ġodda b’impatt għoli, inkluż dejn ta’ riskju għal kumpaniji startup ta’ teknoloġija għolja (bħalissa hemm madwar €6 biljun investiti fi 300 kumpanija), strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju bi sħubija ma’ banek Ewropej, approċċi ġodda għal riskju fil-kostruzzjoni, il-kummerċ u t-teknoloġija fi strutturi tal-finanzjament ta’ proġetti, investiment ankra fi ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi minn korporattivi Ewropej u kontrogaranziji għall-industrija tar-riħ Ewropea (bħalissa hemm madwar €5 biljun imqassmin). Illum, 75 % tal-klijenti tal-Bank huma kontropartijiet tas-settur privat. Is-Sur Laloux huwa ddedikat għas-segwitu ta’ teħid ta’ riskju aktar sinifikanti fil-BEI, biex jiżdied il-valur għall-klijenti u għall-ekonomija u n-nies tal-Ewropa.

Huwa kellu bosta pożizzjonijiet ewlenin minn meta ngħaqad mal-BEI fl-1999 u kien ukoll il-Kap tar-Riżorsi Umani tal-BEI (2011-2013).

Qabel ma ngħaqad mal-Bank, huwa kien konsulent dwar il-ġestjoni ma’ Boston Consulting Group u PriceWaterhouseCoopers.

Huwa għandu lawrja fl-Inġinerija Kummerċjali mill-Università Kattolika ta’ Leuven, lawrja postgradwatorja fil-Management (magna cum laude) mill-Università ta’ Ghent, u lawrja ta’ Master fil-Business Administration (Distinction) mill-Kellogg School of Management, Northwestern University, l-Istati Uniti tal-Amerka.

Huwa jitkellem bl-Ingliż, Franċiż, Ġermaniż u Olandiż.