Recherche FR menu Portail client du Groupe BEI
Recherche
Résultats
5 premiers résultats de la recherche Voir tous les résultats Recherche avancée
Recherches les plus fréquentes
Pages les plus visitées
    Andrew McDOWELL

    Direttur Ġenerali

    • 98-100, boulevard Konrad Adenauer
    • L-2950 Luxembourg
    • Luxembourg

    Curriculum Vitae

    Din is-CV hija bbażata fuq informazzjoni mogħtija lill-BEI mill-persuna kkonċernata.

    Fl-1 ta’ Ottubru 2024, Andrew ħa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali ta’ BEI Globali, fejn jissorvelja l-attivitajiet ta’ investiment u konsulenza tal-BEI barra mill-Unjoni Ewropea. Andrew jirrapporta lill-President tal-BEI Nadia Calviño, u jimmaniġġja tim ta’ professjonisti fil-Lussemburgu u f’bosta uffiċċji madwar id-dinja, jappoġġja proġetti relatati mal-klima u proġetti oħrajn allinjati mal-objettivi tal-politiki tal-UE f’pajjiżi msieħba.

    Qabel ma reġa’ ngħaqad mal-BEI, Andrew kien sieħeb fi Strategy&, in-negozju globali ta’ konsulenza strateġika ta’ PwC (2020-2024) u qabel dan serva bħala Viċi President tal-BEI (2016-2020) u Konsulent Ekonomiku u Maniġer tal-Programmi għall-Prim Ministru tal-Irlanda (2011-2016).

    Imħarreġ bħala ekonomista, Andrew għandu 25 sena ta’ esperjenza jaħdem ma’ istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali fit-tfassil ta’ politiki ekonomiċi u finanzjarji.