Description
Il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment huwa impenjat li jkun miftuħ u trasparenti maċ-ċittadini tal-UE u l-pubbliku inġenerali.
Il-Politika dwar it-Trasparenza tal-Grupp tal-BEI tispjega kif il-Grupp tal-BEI jaċċerta t-trasparenza u jinteraġixxi mal-partijiet ikkonċernati. Tistabbilixxi kif il-Grupp jippubblika informazzjoni b’mod proattiv u jirrispondi għat-talbiet għad-dokumenti.
Fis-17 ta’ Novembru 2021, il-Grupp tal-BEI adotta Politika dwar it-Trasparenza riveduta wara konsultazzjoni pubblika estensiva. Fis-16 ta’ Lulju 2025, ġiet adottata emenda fil-politika (l-Artikoli 4.7 u 5.4) biex jiġi żgurat li kwalunkwe żvelar jew pubblikazzjoni mill-BEI ma tikkompromettix l-interess pubbliku f’materji tas-sigurtà pubblika, id-difiża u l-affarijiet militari.