Direttur Ġenerali u Rappreżentant Permanenti tal-Grupp tal-BEI għall-UE
- 98-100, boulevard Konrad Adenauer
- L-2950 Luxembourg
- Luxemburg
Curriculum Vitae
Din is-CV hija bbażata fuq informazzjoni mogħtija lill-BEI mill-persuna kkonċernata.
Christian Zinglersen huwa Direttur Ġenerali u Rappreżentant Permanenti tal-Grupp tal-BEI għall-UE. Huwa jservi wkoll bħala Viċi Segretarju Ġenerali tal-Grupp tal-BEI, b’responsabbiltà għad-dipartimenti tal-Istrateġija tal-Grupp tal-BEI u tal-Ekonomija bbażati fil-Lussemburgu.
Qabel dan ir-rwol attwali tiegħu, Christian serva bħala Direttur tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER, l-aġenzija regolatorja tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea) għal kważi sitt snin. Matul il-kariga tiegħu, ACER irdoppjat il-persunal tagħha u ttriplikat il-baġit, li jirrifletti l-għadd dejjem jiżdied ta’ inkarigi fdati lill-aġenzija mill-koleġiżlaturi tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea. Qabel ma ngħaqad mal-ACER, huwa kien l-ewwel Kap tas-Segretarjat Ministerjali globali għall-Enerġija Nadifa ospitat mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija (IEA) f’Pariġi.
Christian primarjament wettaq il-ħidma tiegħu fis-servizz ċivili Daniż, fejn serva l-aktar riċentement bħala Viċi Segretarju Permanenti fil-Ministeru Daniż għall-Enerġija, l-Utilitajiet u l-Klima, responsabbli għal oqsma li inkludew il-portafoll tal-politika dwar l-enerġija. Kien ukoll il-kap tal-gvern Daniż tan-negozjati dwar il-klima globali, li kkulminaw fil-Presidenza tad-Danimarka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2012. Huwa beda l-karriera tiegħu fis-Servizz tal-Affarijiet Barranin Daniż, fejn kien stazzjonat fi Brussell fir-Rappreżentanza Permanenti Daniża għall-Unjoni Ewropea. Għal bosta snin, għallem il-liġi tal-Unjoni fl-Università ta’ Copenhagen.
Christian għandu lawrja ta’ master fil-Liġi mill-Università ta Copenhagen u huwa gradwat tal-Advanced Management Program tal-IESE Business School, u tas-Senior Managers in Government Program tal-Harvard Kennedy School.
Huwa miżżewweġ lil Christina, dentista, u għandu erbat itfal magħha: Frederik, Gustav, Maria u Alexander.