corporate_banner_en

JASPERS Annual Report 2011

Rapport Annwali ta’ JASPERS 2011

/eib.org/img/publication/jaspers_annual_report_2011_en.jpg

JASPERS, is-sħubija ta’ assistenza teknika bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u KfW Bankengruppe (KfW), fl-2011 kompliet tappoġġja t-tħejjija ta’ proġetti ewlenin li għandhom jiġu sottomessi għall-finanzjament ta’ għotjiet taħt il- Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni f’isem it-12-il Stat Membru benefiċjarju u bdiet attivitajiet fil-Kroazja.

Fl-2011 dawn it-12-il pajjiż issottomettew lill-Kummissjoni 68 applikazzjoni apoġġjata minn JASPERS għal finanzjament mill-UE taħt il-Fondi Strutturali. JASPERS assistiet 75% tal-applikazzjonijiet kollha sottomessi lill- Kummissjoni mill-Istati Membri benefiċjarji ta’ JASPERS u 81% minn dawk approvati sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Total ta’ 69 applikazzjoni appoġġjata minn JASPERS ġew approvati mill-Kummissjoni (58 fl-2010) u 34 proġett ieħor mhux maġġuri ġew approvati mill-awtoritajiet nazzjonali matul is-sena.

Il-volum totali ta’ investiment għal proġetti appoġġjati taħt kompiti ta’ JASPERS li tlestew mill-2006 sal-2011 kien ta’ kważi EUR 64 biljun, li minnhom il-volum ta’ investiment ta’ proġetti approvati mill-Kummissjoni kien ta’ kważi EUR 30 biljun.


  • PDF - Available in : 

  • Paper - Available in :

0



 Ipprintja
Copyright © European Investment Bank 2013
The European Investment Bank is not responsible for the content of external internet sites.

http://www.eib.org/infocentre/publications/all/jaspers-annual-report-2011.htm