corporate_banner_en

JASPERS Annual Report 2008

Ir-Rapport Annwali ta’ JASPERS għall-2008

/eib.org/img/publication/jaspers_annual_report_2008_en.jpg

JASPERS, is-sħubija ta’ assistenza teknika bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u, sa minn nofs is-sena, il-KfW, kompliet tespandi l-attivitajiet tagħha f’isem it-tnax-il Stat Membru benefiċjarju fl-2008.

B’riflessjoni tar-reklutaġġ ta’ persunal ġdid li sar fl-2007, fl-2008 JASPERS wettqet 82 kompitu meta mqabbla mat-22 fis-sena ta’ qabel. Sal-31 ta’ Diċembru 2008, JASPERS għandha portafoll ta’ 280 kompitu (241 proġett individwali u 39 kompitu orizzontali).

Fit-tmiem tas-sena, JASPERS kellha persunal ta’ 50 espert u 10 impjegati ta’ appoġġ. Il-Kummissjoni kkontribwiet finanzjament għal 31 espert u 10 impjegati ta’ appoġġ, il-BEI ta kontribut ta’ kważi 15-il sena ta’ ħin ta’ persunal, il-BERŻ sentejn u l-KfW sentejn ta’ ħin ta’ persunal. Hekk kif in-numru tal-persunal żdied, ġie deċiż li JASPERS għandha tiġi rristrutturata f’ħames taqsimiet settorjali u din il-bidla daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu.


  • PDF - Available in : 

  • Paper - Available in :

0



 Ipprintja
Copyright © European Investment Bank 2013
The European Investment Bank is not responsible for the content of external internet sites.

http://www.eib.org/infocentre/publications/all/jaspers-annual-report-2008.htm