corporate_banner_en

EIB Transparency Policy

Politika ta’ Trasparenza tal-BEI

/eib.org/img/publication/transparency_policy_en.jpg

Il-BEI adotta Politika ta’ Trasparenza ġdida fit-2 ta’ Frar 2010. Il-Politika ta’ Trasparenza ġdida tissostitwixxi l-Politika dwar Żvelar Pubbliku (2007) u l-Politika ta’ Trasparenza (2004). Il-politika ta’ trasparenza ġdida tqis bis-sħiħ it-Trattat ta’ Lisbona dwar il-funzjonament tal-UE.

Il-politika ta’ trasparenza ġiet aġġornata f’Mejju 2011 sabiex tirrifletti l-bidliet amministrattivi fir-referenzi li saru fil-politika li seħħew sa minn meta ġiet adottata l-Politika fit-2 ta’ Frar 2010. Dawn huma:

  • il-figuri tal-perċentwali tal-azzjonisti tal-FEI nbidlu sa minn meta ġiet adottata l-politika fi Frar 2010. Iċ-ċifri bħala tali tneħħew sabiex jiġu evitati reviżjonijiet ulterjuri f’każijiet ta’ bidliet futuri. Għall-kompożizzjoni attwali tal-azzjonisti tal-FEI, jekk jogħġbok ikkonsulta l-websajt tal-FEI: www.eif.org
  • Dawn l-artikoli li huma relatati mar-rapport dwar ir-Responsabbiltà Korporattiva (RK) ġew aġġustati sabiex tiġi riflessa s-separazzjoni reċenti bejn ir-rapport annwali dwar l-Attività tal-BEI u dak dwar ir-RK.
  • Ir-referenza fil-politika tal-BEI għal Ċentri Finanzjarji Offshore ġiet issostitwita bil-politika tal-Bank dwar Ġurisdizzjonijiet Mhux Konformi (ĠMK) li ġiet adottata f'Diċembru 2010. Il-Politika ĠMK tinsab fuq il-websajt tal-BEI.
  • Minħabba bidla fl-Istatuti tal-BEI, l-Artikolu 21 preċedenti sar l-Artikolu 19.


  • Hard copy not available.

0



 Ipprintja
Copyright © European Investment Bank 2013
The European Investment Bank is not responsible for the content of external internet sites.

http://www.eib.org/infocentre/publications/all/eib-transparency-policy.htm