Search En menu en ClientConnect
Search
Results
Top 5 search results See all results Advanced search
Top searches
Most visited pages

    Il-Kumitat ta’ Tmexxija huwa l-korp eżekuttiv kolleġġjali permanenti tal-Bank. Għandu disa’ membri. Taħt l-awtorità tal-President u s-superviżjoni tal-Bord tad-Diretturi, huwa jissorvelja t-tmexxija ta’ kuljum tal-BEI, iħejji deċiżjonijiet għad-Diretturi u jiżgura li dawn jiġu implimentati. Il-President tippresjedi l-laqgħat tal-Kumitat ta’ Tmexxija. Il-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija huma responsabbli unikament lill-Bank; huma jinħatru mill-Bord tal-Gvernaturi, fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi, għal perjodu ta’ sitt snin li jiġġedded.

    Skont l-Istatut tal-Bank, il-President hija wkoll iċ-Chairman tal-Bord tad-Diretturi.

    Data tas-sitwazzjoni: 01/02/2024

    Remunerazzjoni

    Ir-remunerazzjoni tal-membri tal-Korpi Governattivi tal-BEI hija ffissata skont regoli u regolamenti speċifiċi.

    Kodiċi tal-Kondotta

    Il-Kodiċi tal-Kondotta japplika għall-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Dan jistabbilixxi r-regoli applikabbli fi kwistjonijiet ta’ etika u mġiba professjonali.